Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Settembru 2008 - ratiopharm vs UASI (BioGeneriX)

(Kawża T-47/07)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BioGeneriX - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ratiopharm GmbH (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Völker, imbagħad minn S. Völker u A. Schabenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Diċembru 2006 (R 1047/2004-4) rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BioGenerix bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ratiopharm GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82, 14.4.2007