Language of document : ECLI:EU:T:2011:681





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2011 – EMA vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-116/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Programm ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku – Deċiżjoni li ttemm il-parteċipazzjoni fi proġett – Nota ta’ debitu – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 6-8)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza - Applikazzjoni għar-relazzjonijiet bejn assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru u l-membri tagħha - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 11-20)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Diċembru 2010, li xxolji kuntratti konklużi għal żewġ proġetti ta’ riċerka u tan-nota ta’ debitu, tat-13 ta’ Diċembru 2010, li tinforma lir-rikorrenti bil-konstatazzjoni ta’ kreditu fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-imsemmija kuntratti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.