Language of document : ECLI:EU:T:2012:148





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Marzu 2012 —
Barilla vs UASI — Brauerei Schlösser (ALIXIR)

(Kawża T-157/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALIXIR — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Elixeer — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 29-31)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Jannar 2010 (Każ R 820/2009‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brauerei Schlösser GmbH u Barilla G. e R. Fratelli SpA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Barilla G. e R. Fratelli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.