Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2024 – eBilet Polska vs EUIPO (eBilet)
(Kawża T-197/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: eBilet Polska sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: P. Kurcman, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea eBilet – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18678031
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 695/2023-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward ta’ servizzi li għalihom ġiet irrifjutata r-reġistrazzjoni;
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Operazzjonijiet tat-3 ta’ Frar 2023 fil-proċedura ta’ applikazzjoni għal trade mark Nru 18678031 sa fejn jikkonċerna s-servizzi li għalihom ġiet irrifjutata r-reġistrazzjoni;
tibgħat lura l-kawża quddiem il-EUIPO b’mod li jikkoreġi d-deċiżjoni fuq il-mertu tal-kawża u jirreġistra t-trade mark inkwistjoni għas-servizzi kollha koperti;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Operazzjonijiet, il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament.
____________