Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2024 – Skechers USA vs EUIPO (HOODLESS HOODIES)

(Kawża T-206/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Skechers USA, Inc. II (Manhattan Beach, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Bogatz, Y. Stone u J. Feigl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea HOODLESS HOODIES – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 625 098

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 1799/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata li tiċħad ir-rifjut parzjali tal-protezzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza kif stabbilit fl-Artikolu 20 flimkien mal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”);

Ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba kif stabbilit fl-Artikolu 41(1) tal-Karta.

____________