Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2024 – SZ DJI Technology vs EUIPO – Vision Research (PHANTOM)

(Kawża T-211/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SZ DJI Technology Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina) (rappreżentanti: A. Renck, S. Petivlasova u A. Bothe, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vision Research, Inc. (Wayne, New York, l-Stati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “PHANTOM” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 173 012 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 2125/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri l-punt 1 tad-dispożittiv tagħha, u tiddeċiedi li t-trade mark inkwistjoni tinżamm fir-reġistru tal-kameras b’veloċità għolja taħt il-klassi 9;

sussidjarjament, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-punti 1 u 4 tad-dispożittiv tagħha; u

tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjent għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u tal-Artikolu 58(2) flimkien mal-Artikolu 198(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________