Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2024 – Terranova Directorship u Wamos Air vs EUIPO – Vamos Motor Company (vamos)

(Kawża T-207/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Terranova Directorship SL (Madrid, Spanja), Wamos Air, SA (Madrid) (rappreżentant: J. M. Mora Cortés, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vamos Motor Company, SL (València, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “vamos” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 347 470

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 864/2023-1

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tilqa’ l-appell R 864/2023-1 ippreżentat minn Vamos Motor Company S.L., u għaldaqstant tiċħad it-trade mark tal-Unjoni Ewropea kontenzjuża Nru 18 347 470 “vamos” (trade mark figurattiva) għas-servizzi kollha fil-klassi 39;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedura kollha, inklużi dawk relatati mal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________