Language of document : ECLI:EU:T:2019:229


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ April 2019 – Close u Cegelec vs Il-Parlament

(Kawża T-259/15)

“Kuntratti pubbliċi għal xogħolijiet – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Kostruzzjoni ta’ impjant ta’ produzzjoni ta’ enerġija – Estensjoni u aġġornament tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu – Ċħada tal-offerta ta’ offerent – Għoti ta’ kuntratt lil offerent ieħor – Kriterji ta’ selezzjoni – Kapaċità finanzjarja u ekonomika – Kapaċità teknika u professjonali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, li ma tintagħżilx offerta – Evalwazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami

(Artikolu 296, it-tieni paragrafu TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 113(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 161(2))

(ara l-punti 44, 45, 51)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet, li ma tiġix aċċettata offerta – Obbligu li jiġu kkomunikati, wara talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi għall-offerta magħżula kif ukoll l-isem tal-benefiċċjarju – Obbligu li jiġi pprovdut sinteżi ddettaljat tat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ kull dettall tal-offerta miċħuda fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha jew analiżi kumparattiv iddettaljat tal-offerta magħżula u tal-offerta tal-offerenti eskluż – Obbligu li jiġu trażmessi l-elementi li ġustifkattivi pprovduti mill-benefiċċjarju abbażi tal-kriterji ta’ selezzjoni sabiex tiġi stabbilita il-kapaċità ekonomika, finanzjarja, teknika jew professjonali tiegħu – Assenza

(Artikolu 296, it-tieni paragrafu TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 113(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 161(2))

(ara l-punti 49, 50, 57)

3.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti – Neċessità li tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li wieħed ikun konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 102(1))

(ara l-punti 68-70)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament tad-19 ta’ Marzu 2015 li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti INLO-D-UPIL-T‑14-AO 4, marbuta mal-kuntratt pubbliku għal xogħolijiet li jikkonċernaw il-lott Nru 73 (impjant ta’ produzzjoni ta’ enerġija) tal-proġett ta’ estensjoni u ta’ aġġornament tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu u li tagħti dan il-lott lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

SA Close u Cegelec, minn naħa, u l-Parlament Ewropew, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż proprji tagħhom, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.