Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2023 – Barbato vs EUIPO - Hightouch (Steve Jobs)

(Kawża T-1087/23)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Vincenzo Barbato (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: M. Andreolini u F. Andreolini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hightouch Ltd (Ashtead, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Steve Jobs – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 687 316

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 78/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla u, jekk ikun il-każ, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata;

tillikwida l-ispejjeż favur ir-rikorrent.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 18(1) u mal-Artikolu 94(1), tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________