Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-11 ta’ Jannar 2024 – CeramTec GmbH vs Coorstek Bioceramics LLC

(Kawża C-17/24, CeramTec)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CeramTec GmbH

Konvenut: Coorstek Bioceramics LLC

Domandi preliminari

L-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġunijiet ta’ invalidità stabbiliti fl-Artikolu 7, imsemmija fl-Artikolu 52(1)(a), huma awtonomi u esklużivi mill-mala fide msemmija fl-Artikolu 52(1)(b)?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, il-mala fide tal-applikant tista’ tiġi evalwata unikament fir-rigward tar-raġuni assoluta għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009 mingħajr ma jiġi kkonstatat li s-sinjal li tiegħu ntalbet ir-reġistrazzjoni bħala trademark huwa kkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarju għall-kisba ta’ riżultat tekniku?

L-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-mala fide ta’ applikant li jkun ippreżenta applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark bl-intenzjoni li jipproteġi soluzzjoni teknika meta, wara din l-applikazzjoni, jiġi skopert li ma kinitx teżisti rabta bejn is-soluzzjoni teknika inkwistjoni u s-sinjali li jikkostitwixxu t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni?

____________

1 ĠU 2009 L 78, p. 1.