Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Diċembru 2010 - ArcelorMittal Wire France et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-385/10 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta' ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ArcelorMittal Wire France (Bourg-en-Bresse, Franza); ArcelorMittal Fontaine (Fontaine-l'Évêque, il-Belġju); u ArcelorMittal Verderio Srl (Verderio Inferiore, l-Italja) (rappreżentanti: H. Calvet, O. Billard u M. Pittie, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, L. Parpala u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta' Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 - Azzar użat għall-prestressing), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta' Settembru 2010.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________