Language of document : ECLI:EU:T:2011:167





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ April 2011 – Tubesca vs UASI – Tubos del Mediterráneo (T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A.)

(Kawża T-98/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A. – Trade marks nazzjonali verbali u internazzjonali figurattiva preċedenti TUBESCA – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti - Karattru distintiv kbir tat-trade mark preċedenti - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 82-84)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 70, 85)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 518/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tubesca u Tubos del Mediterráneo, SA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Tubos del Mediterráneo, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A. għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 35 u 42 – Applikazzjoni Nru 4085098

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Tubesca

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark nazzjonali verbali u internazzjonali figurattiva TUBESCA għal prodotti fil-klassijiet 6, 19 u 20

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa parzjalment; reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni rrifjutata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tubesca hija kkundannata għall-ispejjeż.