Language of document : ECLI:EU:T:2008:287





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2008 – Complejo Agrícola vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-345/06)

“Rikors għal annullament – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa – Deċiżjoni 2006/613/KE – Elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju – Att li jista’ jiġi kkontestat – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikoli 4(2) u (5), u 6; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 u Annessi 1, 2 u 3) (ara l-punti 25-29)

2.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikoli 4(5) u 6; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613, Anness 1) (ara l-punti 40-45)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tal-Artikolu 1 u tal-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE, tad-19 ta’ Lulju 2006, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1), sa fejn dawn jindikaw is-sit imsejjaħ “Acebuchales de la Campiña sur de Cádiz”, li fih jinsab razzett li huwa proprjetà tar-rikorrenti, bħala sit ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Complejo Agrícola, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.