Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Keramag Keramische Werke et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-379/10 u T-381/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Tul tal-ksur – Drittijiet tad-difiża – Aċċess għall-fajl – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Keramag Keramische Werke AG (Ratingen, il-Ġermanja); Koralle Sanitärprodukte GmbH (Vlotho, il-Ġermanja); Koninklijke Sphinx BV (Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi); Allia SAS (Avon, Franza); Produits Céramique de Touraine SA (Selles-sur-Cher, Franza); Pozzi Ginori SpA (Milano, l-Italja) (Kawża T-379/10); Sanitec Europe Oy (Ħelsinki, il-Finlandja) (Kawża T-381/10) (rappreżentanti: J. Killick, barrister, I. Reynolds, solicitor, u P. Lindfelt u K. Struckmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn B. Kennelly, barrister)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 - Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Il-punt 6 tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 - Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni Ewropea fih tikkonkludi li, minn naħa, Allia SAS u Produits Céramique de Touraine SA pparteċipaw fi ksur relatat ma’ akkordju fis-suq Franċiż għal perijodu inkluż bejn il-25 ta’ Frar 2004 u d-9 ta’ Novembru 2004 u, min-naħa l-oħra, Pozzi Ginori SpA ipparteċipat fi ksur relatat ma’ akkordju fis-suq Taljan għal perijodu minbarra dak inkluż bejn l-14 ta’ Mejju 1996 u d-9 ta’ Marzu 2001.L-Artikolu 2(7) tad-Deċiżjoni C (2010) 4185 finali huwa annullat sa fejn l-ammont totali tal-multa imposta fuq Keramag Keramische Werke AG, fuq Koralle Sanitärprodukte GmbH, fuq Koninklijke Sphinx BV, fuq Pozzi Ginori SpA u fuq Sanitec Europe Oy taqbeż EUR 50 580 701.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Keramag Keramische Werke, Koralle Sanitärprodukte, Koninklijke Sphinx, Allia, Produits Céramique de Touraine, Pozzi Ginori u Sanitec Europe għandhom ibatu tliet kwarti mill-ispejjeż tagħhom stess.Il-Kummissjoni għandha tbati kwart mill-ispejjeż sostnuti minn Keramag Keramische Werke, minn Koralle Sanitärprodukte, minn Koninklijke Sphinx, minn Allia, minn Produits Céramique de Touraine, minn Pozzi Ginori u minn Sanitec Europe, kif ukoll l-ispejjeż tagħha stess.