Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-125/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix aċċettat għat-testijiet ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AST/111/10.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrent id-dritt li jipparteċipa fit-testijiet ta’ evalwazzjoni fil-kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 – Segretarji fil-grad AST 1;

jintegra lir-rikorrent mill-ġdid fil-proċess tar-reklutaġġ maħluq mill-imsemmija kompetizzjoni, u fejn huwa meħtieġ, billi jiġu organizzati testijiet ta’ evalwazzjoni ġodda;

fi kwalunkwe każ, jitlob lill-EPSO sabiex jiżvela informazzjoni fil-pussess tiegħu fir-rigward tar-riżultati miksuba mill-kandidati kollha fit-testijiet d) u e);

sussidjarjament, fil-każ fejn it-talba prinċipali ma tintlaqax, quod non, titħallas lir-rikorrent is-somma ffissata b’mod provviżorju u ex aequo et bono ta’ EUR 50 000;

fi kwalunkwe każ, titħallas lir-rikorrent is-somma ffissata b’mod provviżorju u ex aequo et bono ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-danni morali.