Language of document : ECLI:EU:T:2011:597





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ottubru 2011 – Rousse Industry vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-489/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba - Preżentata ta’ sottomissjonijiet komplementari bl-għan li tirrimedja għal nuqqasijiet - Inkompatibbiltà mal-proċeduri għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 5, 6, 15, 16)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Dannu li jista’ jiġi kkumpensat sussegwentement - Preġudizzju li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 8, 9, 12, 13)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Rikors fil-kawża prinċipali intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna r-rimbors ta’ għajnuna mill-Istat - Eżistenza quddiem il-qorti nazzjonali ta’ rimedji kontra l-miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni - Possibbiltà li jiġi evitat dannu gravi u irreparabbli (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punt 14)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4903 finali, tat-13 ta’ Lulju 2011, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-Bulgarija lil Rousse Industry, fil-forma ta’ djun mhux imħallsa lill-Istat (għajnuna mill-Istat C 12/2010 u N 389/2009), sa fejn din id-deċiżjoni tordna l-irkupru ta’ din l-għajnuna mingħand ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżrji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.