Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil de Pontevedra (Spanja) fil-11 ta' Frar 2010 - Aurora Sousa Rodríguez et vs Air France S.A.

(Kawża C-83/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil de Pontevedra.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aurora Sousa Rodríguez, Yago López Sousa, Rodrigo Puga Lueiro, Luis Rodríguez González, María del Mar Pato Barreiro, Manuel López Alonso, Yaiza Pato Rodríguez

Konvenuta: Air France S.A.

Domandi preliminari

Il-kunċett ta' "kanċellazzjoni" iddefinit fl-Artikolu 2(l) [tar-Regolament Nru 261/2004/KE] 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi esklużivament għan-nuqqas ta' tluq ta' titjira fil-ħin previst jew ukoll fis-sens ta' kwalunkwe ċirkustanza fejn din it-titjira b'reżervazzjonijiet tkun telqet iżda ma tkunx laħqet id-destinazzjoni tagħha, inkuż fil-każ ta' ritorn imġiegħel fl-ajruport ta' oriġini minħabba ċirkustanzi tekniċi?

Il-kunċett ta' "kumpens ulterjuri" msemmi fl-Artikolu 12 ta' dan ir-regolamemt għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-qorti nazzjonali, f'każ ta' kanċellazzjoni, li tagħti kumpens għal danni, inklużi danni morali minħabba nuqqas ta' twettiq tal-kuntratt ta' trasport bl-ajru skont il-kriterji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni u ġurisprudenza nazzjonali dwar in-nuqqas ta' twettiq kuntrattwali jew (jekk), bil-kontra, dan il-kumpens għandu jingħata biss għal spejjeż debitament sostanzjati minn passiġġieri u li mhumiex ikkumpensati suffiċjentement mit-trasportatur tal-ajru skont ma jirrikjedu l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament Nru 261/2004/KE, mingħajr ma dawn id-dispożizzjonijiet ġew invokati jew, fl-aħħar nett, dawn il-kunċetti ta' kumpens ulterjuri huma kompatibbli bejniethom?

____________

1 - Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 259/91 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) - Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)