Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2024 – Il-Kummissjoni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-409/21) 1

“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar il-koġenerazzjoni tas-sħana u tal-elettriku – Riforma tal-iskema ta’ għajnuna għall-koġenerazzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – Riżorsi tal-Istat”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u R. Kanitz, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar, C. Kovács u C.-M. Carrega, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2021) 3918 final, tat-3 ta’ Ġunju 2021, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.56826 (2020/N) – Il-Ġermanja – Riforma 2020 tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Koġenerazzjoni u l-Għajnuna mill-Istat SA.53308 (2019/N) – Il-Ġermanja – Modifika tal-iskema ta’ għajnuna għall-impjanti ta’ koġenerazzjoni ta’ sħana u ta’ elettriku eżistenti (Artikolu 13 tal-Gesetz zur Neuregelung des Kraft-Wärme-Kopplungsgesetzes (il-Liġi li Tistabbilixxi Leġiżlazzjoni Ġdida bil-Liġi dwar il-Koġenerazzjoni tas-Sħana u tal-Elettriku)), tal-21 ta’ Diċembru 2015 (BGBl. 2015 I, p. 2498, iktar ’il quddiem il-“KWKG tal-2016”) (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni kkontestata”), li permezz tagħha din tikkonstata li diversi miżuri (iktar ’il quddiem il-“miżuri inkwistjoni”) intiżi sabiex isostnu l-produzzjoni tal-elettriku mill-impjanti ta’ koġenerazzjoni ta’ sħana u ta’ elettriku (combined heat and power, iktar ’il quddiem iċ-“CHP”) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2021) 3918 final, tat 3 ta’ Ġunju 2021, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.56826 (2020/N) – Il-Ġermanja – Riforma 2020 tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Koġenerazzjoni u l-Għajnuna mill-Istat SA.53308 (2019/N) – Il-Ġermanja – Modifika tal-iskema ta’ għajnuna għall-impjanti ta’ koġenerazzjoni ta’ sħana u ta’ elettriku eżistenti (Artikolu 13 tal-Gesetz zur Neuregelung des Kraft-Wärme-Kopplungsgesetzes (il-Liġi li Tistabbilixxi Leġiżlazzjoni Ġdida bil-Liġi dwar il-Koġenerazzjoni tas-Sħana u tal-Elettriku), tal-21 ta’ Diċembru 2015 (BGBl. 2015 I, p. 2498) hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 368, 13.9.2021.