Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2014 – Fami-Cuatro de Inversiones vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-501/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fami-Cuatro de Inversiones, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. De Juan Casadevall, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, u fil-każ li s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni titqies li hija għajnuna mill-Istat illegali, li l-irkupru jiġi llimitat sad-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, fil-21 ta’ Settembru 2011, utikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.Motivi u argumenti prinċipaliIl-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk diġà invokati fil-Kawża T-500/14 Derivados del Flúor vs Il-Kummissjoni.