Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Lulju 2007 - Dubus u Leveque vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-66/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Charles Dubus (Kraainem, il-Belġju) u Jean Leveque (Wattignies La Victoire, Franza) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet meħuda li l-isem tar-rikorrenti ma jiġux inklużi fil-lista ta' dawk promossi għal promozzjoni minn C*2 għal C*3 għal Charles Dubus u minn B*7 għal B*8 għal Jean Leveque "Eżerċizzju ta' promozzjoni 2006", u konsegwentement, id-deċiżjonijiet li dawn ma jiġux promossi, kif ippubblikati fl-Informazzjoni Amministrattiva Nru 55-2006 tas-17 ta' Novembru 2006;

tordna lill-konvenuta tħallas, bħala kumpens għal dannu morali u materjali u dannu għall-karriera tar-rikorrenti, is-somma ta' EUR 25 000 mingħajr ħsara għall-possibbiltà li din is-somma tiġi miżjuda u/jew imnaqqsa matul il-proċeduri;

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jinvoku motivi li huma simili ħafna għal dawn invokati fil-kawża F-58/07, li l-avviż tagħha huwa ppubblikat f'dan l-istess numru tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

____________