Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Sofia (il-Bulgarija) fil-15 ta’ Novembru 2020 – Proċeduri kriminali kontra VD

(Kawża C-654/20)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Apelativen sad – Sofia

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

VD

Domandi preliminari

Il-prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege jippermetti dispożizzjoni legali nazzjonali li, għall-istess fatt, jiġifieri s-sewqan ta’ vettura bil-mutur fil-perijodu li matulu hija applikabbli miżura amministrattiva vinkolanti li tissospendi b’mod temporanju l-liċenzja tas-sewqan ta’ vettura bil-mutur, tipprevedi fl-istess ħin responsabbiltà amministrattiva u kriminali, mingħajr ma hemm kriterji li jippermettu li ssir distinzjoni oġġettiva bejn iż-żewġ tipi ta’ responsabbiltà?

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, liema huma s-setgħat tal-qorti nazzjonali sabiex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea?

Piena li ċċaħħad il-libertà għal perijodu sa tliet snin u multa ta’ bejn 200 u 1 000 lev Bulgaru (BGN) hija proporzjonata fis-sens tal-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ reat li jikkonsisti fis-sewqan ta’ vettura bil-mutur fil-perijodu li matulu hija applikabbli miżura amministrattiva vinkolanti li tissospendi b’mod temporanju l-liċenzja tas-sewqan ta’ vettura bil-mutur?

____________