Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2024 – TG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-755/22) 1

(“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Sigurtà soċjali – Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal – Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tar-rimbors tal-ispejjeż mediċi – Rifjut ta’ rikonoxximent tal-istatus ta’ marda gravi – Kriterji – Opinjoni tal-Uffiċjal Mediku – Eżami konkret u ddettaljat – Responsabbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: TG (rappreżentant: A. Tymen, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Hohenecker, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Marzu 2022 li tirrifjuta li tirrikonoxxi l-istatus ta’ marda gravi għall-patoloġija tagħha u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu morali li hija allegatament sostniet minħabba dan il-fatt.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

TG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 24, 23.1.2023.