Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Settembru 2012 - Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-356/08) 

("FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament - Raba' maħdum - Proporzjonalità - Żieda fissa fir-rata ta' korrezzjoni fil-każ ta' rikorrenza tan-nuqqas ta' twettiq ta' obbligu")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias, E. Leftheriotou u V. Karra, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u A. Markoulli, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/582/KE, tat-8 ta' Lulju 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż [nfiq] imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) (ĠU L 186, p. 39), sa fejn teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 285, 8.11.2008.