Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2023 – ACMO et vs SRB

(Kawża T-330/20) 1

(“Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti impriżi tal-investiment (SRM) – Riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español – Deċiżjoni tas-SRB li tirrifjuta l-għoti ta’ kumpens għad-danni lill-azzjonisti u lill-kredituri kkonċernati mill-miżuri ta’ riżoluzzjoni – Valutazzjoni tad-differenza fit-trattament – Indipendenza tal-evalwatur”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ACMO Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u 65 rikorrenti oħra li isimhom jidher fl-anness (rappreżentanti : T. Soames u I. Prodromou-Stamoudi, avukati, u R. East, solicitor)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: M. Fernández Rupérez, A. Lapresta Bienz, L. Forestier u J. Rius Riu, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, F. Louis, V. Del Pozo Espinosa de los Monteros u L. Hesse, avukati)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Gavela Llopis, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni SRB/EES/2020/52 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), tas-17 ta’ Marzu 2020, intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk għandux jingħata kumpens għad-danni lill-azzjonisti u lill-kredituri kkonċernati mill-miżuri ta’ riżoluzzjoni implimentati fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA

Dispożittiv

Bybrook Capital Badminton Fund LP hija awtorizzata tissostitwixxi ruħha għal Cairn Global Funds PLC u għal Cairn Special Opportunities Credit Master Fund Limited, bħala rikorrenti.

PIMCO Global Cross-asset Opportunities Master Fund LDC hija awtorizzata tissostitwixxi ruħha għal PHFS series SPC - PHSF VII SP, bħala rikorrenti.

Ir-rikors huwa miċħud.

ACMO Sàrl u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill u mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni (SRB).

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 279, 24.8.2020.