Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/04)1

("FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Primjums għall-annimali u żvilupp rurali - Nuqqasijiet fis-sistema nazzjonali ta' ġestjoni u ta' kontroll")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: M. Fiorilli, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u L.Visaggio, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/561/KE, tas-16 ta' Lulju 2004, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima "Garanzija" (ĠU L 250, p. 21), safejn hija teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Taljana fis-setturi tal-primjums għall-annimali u tal-iżvilupp rurali.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 273, 6.11.2004.