Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Frar 2013 - Provincie Groningen et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-15/12 u T-16/12)
("Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta' sussidji għall-akkwist ta' żoni naturali sabiex jiġi protett l-ambjent - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Inammissibbiltà")
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Provincie Groningen (il-Pajjiżi l-Baxxi) u l-ħdax-il rikorrent l-ieħor li isimhom jinsab fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: P. Kuypers u N. van Nuland, avukati) (Kawża T-15/12); Stichting Het Groninger Landschap (Haren, il-Pajjiżi l-Baxxi) u t-tnax-il rikorrent l-ieħor li isimhom jinsabu fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: P. Kuypers u N. van Nuland) (Kawża T-16/12)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u P.J. Loewenthal, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, K. Petersen u A. Wiedmann, aġenti); u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, J. Langer u M. Bulterman, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4945 finali, tat-13 ta' Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi fil-forma ta' sussidji għall-akkwist ta' artijiet bil-għan li jiġi protett l-ambjent (N 308/2010 - Il-Pajjiżi l-Baxxi).
Dispożittiv
1) Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.
2) Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tal-Landgoed Den Alerdinck II, tal-Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters, tal-Landgoed wełna, u tal-Heerlijkheid Mariënwaerdt.
3) Provincie Groningen, Provincie Friesland, Provincie Drenthe, Provincie Overijssel, Provincie Gelderland, Provincie Flevoland, Provincie Utrecht, Provincie Noord-Holland, Provincie Zuid-Holland, Provincie Zeeland, Provincie Noord-Brabant, Provincie Limburg, Stichting Het Groninger Landschap, It Fryske Gea, Stichting Het Drentse Landschap, Stichting Landschap Overijssel, Stichting Het Geldersch Landschap, Stichting Flevo-landschap, Stichting Het Utrechts Landschap, Stichting Landschap Noord-Holland, Stichting Het Zuid-Hollands Landschap, Stichting Het Zeeuwse Landschap, Stichting Het Noordbrabants Landschap, Stichting Het Limburgs Landschap u Vereniging tot behoud van Natuurmonumenten in Nederland għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
4) Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
5) Landgoed Den Alerdinck II, Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters, Landgoed Welna, u Heerlijkheid Mariënwaerdt, li talbu sabiex jintervjenu, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
____________1 - ĠU C 109, 14.4.2012.