Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Settembru 2009 - Wenig vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Fritz Harald Wenig (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: Georges-Albert Dal u Dominique Voillemot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li ċaħdet it-talba tar-rikorrent tat-23 ta' Settembru 2008 għal għajuna mill-Kummissjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta' ċaħda tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta' Novembru 2008.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni impliċita li ċaħdet it-talba għal għajuna tar-rikorrent tat-23 ta' Settembru 2008 bil-għan li l-Kummissjoni Ewropea tassistih fil-kuntest tal-ksur tad-drittijiet tiegħu li huwa sofra minħabba l-pubblikazzjoni ta' artiklu offensiv u malafamatorju ppublikat fis-7 ta' Settembru 2008 fuq is-sit internet tal-gazzetta Ingliża Sunday Times u l-aġir illegali tal-awturi tiegħu;

Jekk tkun ikkunsidrata bħala deċiżjoni espliċita ta' ċaħda tat-talba għal għajnuna mressqa mir-rikorrent, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2008 sa fejn din tiċħad it-talba għal għajuna tar-rikorrent fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-"Worst Conflicts of Interest Award" li tefgħet dell ikrah fuqu u li attakat l-integrità tiegħu u l-preżunzjoni tal-innoċenza tiegħu;

Tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tad-danni morali u finanzjarji tiegħu;

Tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________