Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Golden Balls vs UASI - Intra Presse (GOLDEN BALLS)

(Kawża T-437/11) 1

[“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOLDEN BALLS - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BALLON D’OR - Xebh tas-sinjali - Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talba għal annullament imressqa mill-intervenjenti – Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell - Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar l-appell kollu – Artikolu 8(5), Artikolu 64(1) u Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Golden Balls Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, S. Smith, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Intra-Presse (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: P. Péters, T. de Haan u M. Laborde, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1310/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intra-Presse u Golden Balls Ltd. DispożittivL-ewwel punt tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1310/2010-1) huwa annullat.It-talba għal annullament imressqa minn Intra-Presse hija miċħuda.L-UASI, minbarra l-ispejjeż tiegħu, għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Golden Balls Ltd, ħlief għall-ispejjeż sostnuti minn din tal-aħħar fir-rigward tat-talba għal annullament ibbażata fuq l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.Intra-Presse, minbarra l-ispejjeż tagħha, għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn Golden Balls Ltd fir-rigward tat-talba għal annullament ibbażata fuq l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura.