Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Diċembru 2009 - Papathanasiou vs UASI

(Kawża F-99/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Elisavet Papathanasiou (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tal-klawżola fil-kuntratt tar-rikorrenti li tipprovdi x-xoljiment awtomatiku tal-kuntratt ta' impjieg fil-każ li r-rikorrenti ma tintgħażilx f'kompetizzjoni esterna organizzata mill-UASI u, min-naħa l-oħra, dikjarazzjoni li l-kompetizzjonijiet OHMI/AD/01/07, OHMI/AD/02/07, OHMI/AST/01/07 u OHMI/AST/02/02 ma għandhom ebda effett fuq il-kuntratt tar-rikorrenti. Fl-aħħar nett, talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet tal-UASI li jinsabu fl-ittra tat-12 ta' Marzu 2009 u li jipprevedu t-terminazzjoni tar-relazzjoni ta' impjieg tar-rikorrenti b'perijodu ta' avviż ta' tmien xhur b'effett mis-16 ta' Marzu 2009, u tikkonferma l-kontinwazzjoni tar-relazzjoni ta' impjieg bejn ir-rikorrenti u l-UASI u li ma ġietx xolta. Sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis neċessarju, ir-rikorrenti titlob l-annullament ta' ittri oħra tal-UASI tat-3 ta' Awwissu 2009 (sospensjoni ta' tliet xhur tal-perijiodu ta' avviż) u tad-9 ta' Ottubru 2009 (ċaħda tal-ilment), ikklassifikati mir-rikorrenti bħala relatati;

jannulla jew jiddikjara n-nullità tal-klawżola ta' xoljiment li tinsab fl-Artikolu 5 tal-kuntratt ta' impjieg tar-rikorrenti mal-UASI; sussidjarjament,

jiddikjara li fil-futur il-kuntratt ta' impjieg tar-rikorrent ma jista' jiġi xolt abbażi tal-klawżola ta' xoljiment li tinsab f'dan il-kuntratt;

jikkonferma, b'mod iktar sussidjarju, li, fi kwalunkwe każ, il-kompetizzjonijiet indikati fl-ittra tal-UASI tat-12 ta' Marzu 2009 ma setgħux jimplikaw l-effetti negattivi tal-klawżola ta' xoljiment.

jikkundanna lill-UASI jikkumpensa lir-rikorrenti, f'ammont xieraq stabbilit mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għad-danni immaterjali mġarrba minnha b'konsegwenza tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel punt ta' dawn it-talbiet.

fil-każ li, minħabba l-aġir illegali tal-UASI, l-impjieg attwali tar-rikorrenti ikun diġà ntemm fid-data tad-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u/jew tal-ħlas tar-remunerazzjoni dovuta lir-rikorrenti mill-UASI, minkejja l-kontinwament tar-relazzjoni tal-impjieg:

jikkonstata li l-UASI għandu l-obbligu li jkompli jimpjega lir-rikorrenti taħt il-kundizzjonijiet preċedenti u li jerġa' jintegraha fl-impjieg, u jordna lill-UASI jikkumpensa kompletament lir-rikorrenti għad-danni mġarrba minnha, b'mod partikolari billi jħallas d-dħul eventwali u l-ispejjeż kollha li hija sostniet minħabba l-aġir illegali tal-UASI (wara li jnaqqas il-benefiċċji ta' qgħad li hija rċeviet);

sussidjarjament, fil-każ li, fis-sitwazzjoni preżenti, minħabba motivi ta' dritt jew ta' fatt ir-rikorrenti ma tkunx integrata mill-ġdid fis-servizz taħt il-kundizzjonijiet preċedenti, jikkundanna lill-UASI jikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu materjali mġarrab minnha minħabba t-terminazzjoni illegali tal-impjieg tagħha ekwiparabbli għad-differenza bejn id-dħul li hija mistenni tikseb matul ħajjitha u d-dħul li r-rikorrenti kienet tirċievi li kieku l-kuntratt ma ġiex xolt, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-drittijiet għall-pensjoni u benefiċċji oħra;

jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

____________