Appell ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2023 minn Frédéric Baldan mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-20 ta’ Lulju 2023 fil-Kawża T-276/23, Frédéric Baldan vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-548/23 P)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Frédéric Baldan (irrappreżentat minn D. Protat, avukata)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Permezz ta’ digriet tat-30 ta’ Novembru 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat u ddeċidiet li l-appellant għandu jsostni l-ispejjeż tiegħu stess.
____________