Language of document : ECLI:EU:T:2010:510





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 – Fédération internationale des logis vs UASI (Sfumatura ta’ kannella)

(Kawża T-329/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fi sfumatura ta’ kannella – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 22, 27-33)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 202/2009-1), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sfumatura ta’ kannella bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Fédération internationale des logis

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark li tirrappreżenta sfumatura ta’ kannella għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 24, 43 u 44 – Applikazzjoni Nru 6468722

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Fédération internationale des logis hija kkundannata għall-ispejjeż.