Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Marzu 2012 - Connefroy et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-327/09) 

("Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Philippe Connefroy (Le Rozel, Franza); Jean-Guy Gueguen (Carantec, Franza); u EARL de Cavagnan (Grézet-Cavagnan, Franza) (rappreżentant: C. Galvez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/402/KE, tat-28 ta' Jannar 2009, dwar il-"pjanijiet ta' kontinġenza" fis-settur tal-frott u l-ħaxix implimentati minn Franza (ĠU L 127, p. 11).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

P. Connefroy u J-G. Gueguen u l-EARL de Cavagnan huma kkundannati jħallsu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 267, 07.11.2009.