Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2016 – BĊE vs Cerafogli

(Kawża T-787/14 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Aċċess għal dokumenti – Dokumenti relatati mal-kontenzjuż bejn il-partijiet fl-istanza – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment – Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment E. Carlini, M. López Torres u F. Malfrère, sussegwentement E. Carlini u F. Malfrère, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Maria Concetta Cerafogli (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, susegwentement G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014, Cerafogli vs BĊE (F-26/12, EU:F:2014:218), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Maria Concetta Cerafogli.

Il Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 46, 9.2.2015.