Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2014 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-16/11) 1

(“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – FAEG u FAEŻR – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Spejjeż li jitwettqu fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata – Drittijiet tad-difiża”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. de Ree, M. Noort, M. Bulterman u J. Langer, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Kranenborg, F. Wilman u P. Rossi, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 288, p. 24), sa fejn tapplika korrezzjoni finanzjarja għar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata għas-snin 2003 sa 2008 ta’ ammont totali ta’ EUR 28 947 149.31.DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta’ Novembru 2010 li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea, hija annullata sa fejn tapplika korrezzjoni finanzjarja għar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata għas-snin 2003 sa 2008.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.