Language of document : ECLI:EU:T:2014:603





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑16/11)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR — Spejjeż esklużi mill-finanzjament — Spejjeż li jitwettqu fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata — Drittijiet tad-difiża”

1.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut definittiv ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal ċertu nfiq — Neċessità ta’ proċedura kontradittorja minn qabel — Ksur tad-drittijiet tad-difiża (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4), u Nru 1290/2005, Artikolu 31; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1663/95, Artikolu 8, u Nru 885/2006, Artikolu 11) (ara l-punti 69, 97, 100, 102)

2.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Tfassil tad-deċiżjonijiet — Komunikazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni lill-Istati Membri tar-riżultati tal-verifiki tagħha — Kontenut — Kundizzjonijiet — Nuqqas ta’ osservanza — Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7(4); Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1663/95, Artikolu 8(1), u Nru 885/2006, Artikolu 11) (ara l-punti 70-78, 91)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 288, p. 24), sa fejn tapplika korrezzjoni finanzjarja għar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata għas-snin 2003 sa 2008 ta’ ammont totali ta’ EUR 28 947 149.31.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea, hija annullata sa fejn tapplika korrezzjoni finanzjarja għar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata għas-snin 2003 sa 2008.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.