Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Jannar 2011 - El Corte Inglés vs UASI - BA&SH (ba&sh)

(Kawża T-23/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. López Camba u J. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BA&SH SAS (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta' Ottubru 2010, fil-Każ R 94/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "ba&sh", għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 18 u 25 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5679758

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Spanjola Nru 2211312 għat-trade mark figurattiva bil-kulur "BASS10", għal prodotti fil-klassi 3; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Spanjola Nru 2140717 għat-trade mark figurattiva bil-kulur "BASS10", għal prodotti fil-klassi 18; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Spanjola Nru 2140718 għat-trade mark figurattiva bil-kulur "BASS10", għal prodotti fil-klassi 25; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Spanjola Nru 2223832 għat-trade mark figurattiva bil-kulur "BASS10", għal prodotti fil-klassi 14

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 42(2) u 42(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell ikkonkluda b'mod żbaljat li ma ġiet ipprovduta l-ebda prova ta' użu ġenwin tal-prodotti kkonċernati. Ir-rikorrenti tikkunsidra wkoll li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, billi t-trade marks jixtiebhu b'mod li jagħtu lok għal konfużjoni u billi l-prodotti koperti mit-trade mark ikkontestata huma parzjalment identiċi u parzjalment jixtiebhu ma' dawk koperti mir-reġistrazzjonijiet preċedenti.

____________