Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2013 – Kicks Kosmetikkedjan vs UASI - Kik Textilien und Non-Food (KICKS)

(Kawża T-532/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kicks Kosmetikkedjan AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentant: K. Strömholm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kik Textilien und Non-Food GmbH (Bönen, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, jew alternattivament, jekk ikun il-każ, tikkundanna lill-intervenjenti għal dawn l-ispejjeż;

tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni kkontestata Nru 924 6166 fl-intier tagħha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Kicks Kosmetikkedjan AB

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “KICKS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 8, 14, 21 u 35 – applikazzjoni Nru 9245473

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kik Textilien und Non-Food GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża u internazzjonali “kik” għal servizzi fil-klassi 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti u għas-servizzi kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.