Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 – Panrico vs UASI – HDN Development (Krispy Kreme DOUGHNUTS)

(Kawża T-534/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Panrico, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: D. Pellisé Urquiza, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: HDN Development Corp. (Frankfort, l-Istati Uniti)

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fil-Każ R 623/2011-4, tal-25 ta’ Lulju 2013, li ġiet innotifikata lir-rikorrenti fid-29 ta’ Lulju 2013; u

tiddikjara invalida t-trade mark Komunitarja Nru 1 298 785 “KRISPY KREME DOUGHNUTS”.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “Krispy Kreme DOUGHNUTS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 30 u 42 – Trade mark Komunitarja rreġistrata Nru 1 298 785Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: HDN Development Corp.Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiMotivazzjoni tat-talba għal invalidità: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tal-istess regolamentDeċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tal-istess regolament