Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2013 – Izsák y Dabis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-529/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Balázs-Árpád Izsák (Târgu Mureș, ir-Rumanija) u Attila Dabis (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: J. Tordáné Petneházy, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2013, C(2013) 4975 finali, li tiċħad it-talba għal reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini intitolata “Politika ta’ koeżjoni għall-ugwaljanza tar-reġjuni u tas-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali”;

tordna lill-Kummissjoni tirreġistra l-proposta ta’ inizjattiva ċċitata iktar ’il fuq u tieħu l-miżuri kollha meħtieġa legalment;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin:

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 1

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-inizjattiva taċ-ċittadini tissodisfa r-rekwiżiti kollha għar-reġistrazzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti jikkunsidraw bħala infondata, l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-inizjattiva taċ-ċittadini hija manifestament barra mill-kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta għal att ġuridiku tal-Unjoni għall-implementazzjoni tat-Trattati. Skont ir-rikorrenti, l-inizjattiva tifformula proposta li taqa’ fil-kompetenza ddefinita mill-Artikolu 4(2)(ċ) TFUE (il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali).

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 174 TFUE

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti jsostnu li n-numru ta’ żvantaġġi li minħabba fihom reġjun għandu neċessarjament ikun s-suġġett ta’ attenzjoni partikolari, kif elenkat fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 174 TFUE ma huwiex eżawrjenti, iżda indikattiv, kuntrarjament għal dak li tafferma l-Kummissjoni.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 174 TFUE u tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 2

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jikkunsidraw ukoll li r-reġjuni li għandhom partikolaritajiet nazzjonali, lingwistiċi u kulturali, fi kwalunkwe każ jappartjenu għall-kategorija ta’ “reġjuni konċernati’” msemmija fl-Artikolu 174 TFUE, applikabbli għall-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni, peress li taħt id-dritt tal-Unjoni l-kultura hija element importanti tal-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika. Dan huwa kkoroborat mill-Artikolu 3(5) u mill-premessa 10 tar-Regolament Nru 1059/2003.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 211/2011 kif ukoll tal-Artikolu 167 TFUEIr-rikorrenti jallegaw li l-promoturi tal-inizjattiva ma humiex meħtieġa li jindikaw il-bażi legali għall-inizjattiva leġiżlattiva, kuntrarjament għal dak allegat mill-Kummissjoni, iżda, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 211/2011, għandhom jindikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati għall-azzjoni proposta. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 167 TFUE, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-fjoritura tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità reġjonali u kulturali.Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 19(1) TFUESkont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ddikjarat b’mod żbaljat fid-deċiżjoni kkontestata li, għalkemm l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma obbligati li jirrispettaw id-diversità kulturali u lingwistika u ma jid

diskriminawx kontra l-minoritajiet, l-ebda waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet ma tikkostitwixxi bażi legali għal kwalunkwe azzjoni mill-istituzzjonijiet. Ir-rikorrenti jikkontestaw, b’mod partikolari, li l-affermazzjoni tal-Kummissjoni tmur kontra l-Artikolu 19(1) TFUE.Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 174 TFUESkont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni tinterpreta b’mod żbaljat l-inizjattiva meta tafferma li huwa inkonċepibbli li t-titjib tas-sitwazzjoni tal-minoranzi nazzj

onali twassal għal tnaqqis fid-differenzi fl-iżvilupp bej

n ir-reġjuni u għal r-ritard f’ċerti reġjuni, kif stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 174 TFUE. Ir-rikorrenti jallegaw li l-promoturi tal-inizjattiva ma pproponewx titjib tas-sitwazzjoni tal-minoranzi nazzjonali, iżda l-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni ma tintużax sabiex jiġu eliminati jew imdgħajfa l-karatteristiċi nazzjonali, lingwistiċi u kulturali ta’ dawn ir-reġjuni, u li l-miżuri u l-għanijiet ekonomiċi tal-Unjoni ma jsirux strumenti, anki indiretti, tal-politi

ka li tmur kontra l-minoranzi.

____________

____________

1 Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlamen