Language of document :

Appell ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2021 minn Laure Camerin mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-24 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-367/19, Camerin vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-63/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Laure Camerin (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummisjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali mogħti fl-24 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-367/19;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż fl-intier tagħhom, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa intiż għall-annullament tad-digriet appellat sa fejn il-Qorti Ġenerali ddikjarat li ma kienx hemm lok li tingħata deċiżjoni u l-inammissibbiltà tar-rikors, li kien intiż għall-annullament parzjalment tad-deċiżjoni tal-PMO tas-17 ta’ April 2019 kif ukoll għall-kumpens għad-dannu morali sostnut minħabba li l-irregolaritajiet imwettqa mill-PMO ma jippermettux lir-rikorrenti tgħix b’mod dinjituż.

Fl-appell tagħha r-rikorrenti tikkontesta b’mod partikolari l-punti 50 sa 52 u 54 tad-digriet appellat, il-punti 57 sa 62, kif ukoll il-punti 73 sa 74.

Insostenn tal-appell tagħha, ir-rikorrenti tiżviluppa motiv uniku, ibbażat fuq l-iżnaturament tal-fatti u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li wasslu għal motivazzjoni ineżatta fil-liġi.

____________