Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Ottubru 2011 - Unipol Banca SpA vs UASI - Union Investment Privatfonds (unicard)

(Kawża T-574/11)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Unipol Banca SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: P. Costa u P. Creta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Union Investment Privatfonds GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni mogħtija fit-13 ta' Lulju 2001 mit-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI fi tmiem proċediment Nru R 0597/2010-2 imressaq fl-14 ta' April 2010 mill-Union Investment Privatfonds GmbH u, konsegwentement

tilqa' l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 005240080, ippreżentata fit-18 ta' Lulju 2006, li għandha bħala suġġett is-sinjal unicard, b'mod partikolari għal servizzi fil-klassi 36 tal-Ftehim ta' Nice.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva "unicard" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5.240.080) għal servizzi fil-klassi 36

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Union Investment Privatfonds GmBH

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks verbali Ġermaniżi "UNIFONDS" (Nru 991.995), "UNIGLOBAL" (Nru 991.996) u "Unigrant" (Nru 301 38 306.5), għal servizzi fil-klassi 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni miċħuda

Motivi invokati: applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljati tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________