Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2014 – egeplast international vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-291/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: egeplast international GmbH (Greven, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Rosenfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) – Il-Ġermanja: Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti essenzjalment tinvoka l-motivi segwenti.

Nuqqas ta’ vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE

Ir-rikorrenti ssostni li l-iskema ta’ kumpens speċjali prevista fil-Gesetz für den Vorrang erneuerbarer Energien (Liġi dwar l-għoti ta’ prijorità għall-enerġija rinnovabbli, iktar ’il quddiem l-“EEG”) ma tiffavorixxix lir-rikorrenti fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE iżda sempliċement ittaffi oneru speċifiku li jista’ jaffettwa l-kompetittività tar-rikorrenti u li kien biss impost fuqha minħabba l-introduzzjoni tas-soprataxxa EEG. Din l-iskema hija maħsuba sabiex tikkumpensa parzjalment żvantaġġ u mhux sabiex tipprovdi vantaġġ.

Nuqqas ta’ selettività

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-iskema ta’ kumpens speċjali ma hijiex selettiva peress li ma hijiex limitata għal impriżi partikolari jew għal oqsma ta’ produzzjoni partikolari. Fil-fatt, il-firxa ta’ impriżi li fil-prattika bbenefikaw mill-iskema ta’ kumpens speċjali hija wiesgħa ħafna. L-iskema hija integrata mingħajr kontradizzjonijiet fl-EEG 2012 u tiffaċilita l-iskema ta’ oneri li hija inerenti għall-istruttura tal-EEG.

Nuqqas ta’ riżorsi tal-Istat jew ta’ riżorsi attribwibbli lill-Istat−    Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-dħul mis-soprataxxa EEG ma huwiex riżorsi tal-Istat jew riżorsi attribwibbli lill-Istat. Is-soprataxxa EEG hija maħsuba sabiex tissodisfa l-pretensjoni taħt id-dritt ċivili tal-operaturi tan-netwerk ta’ trażmissjoni (“Übertragungsnetzbetreiber”, iktar ’il quddiem “ÜNB”) fil-konfront tal-fornituri tal-elettriku għar-rimbors tal-ispejjeż li huma jsostnu għall-kummerċjalizzazzjoni tal-elettriku. L-ammont tas-soprataxxa huwa ddeterminat mill-ÜNB mingħajr ebda intervent min-naħ

a tal-Istat. Huwa biss permezz tas-setgħat mogħtija lill-Bundesnetzagentur (Aġenżija federali responsabbli għan-netwerks) li jiġi vverifikat jekk id-determinazzjoni tal-ammont tas-soprataxxa mill-ÜNB saritx b’mod korrett. Madankollu, il-Bundesnetzagentur ma għandha ebda kontroll permanenti fuq id-dħul mis-soprataxxa jew diskrezzjoni fir-rigward tal-użu ta’ dan id-dħul.Nuqqas ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ta’ impatt fuq il-kummerċFil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li min-natura mhux Statali tad-dħul mis-soprataxxa jirriżulta li l-limitazzjonijiet fir-rigward tas-soprataxxa EEG ma kkostitwixxewx rinunzja għal dħul tal-Istat. Barra minn hekk, lanqas jista’ jingħad li hemm rinunzja minħabba li eventwali tnaqqis fid-dħul fil-kont tas-soprataxxa minn riżorsi privati jkun ikkumpensat finanzjarjament permezz ta’ soprataxxa b’ammont ogħla għall-utenti fina

li li ma humiex ipprivileġġati.