Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Novembru 2010 - Victoria Sánchez vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni

(Kawża T-61/10) 1

"Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Nuqqas ta' teħid ta' miżuri - Talba għall-ħruġ ta' ordni - Talba għal miżuri ta' protezzjoni - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Fernando Marcelino Victoria Sánchez (Sevilla, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment N. Domínguez Varela, sussegwentement P. Suarez Plácido, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, N. Görlitz, P. López-Carceller, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u I. Martínez del Peral, aġenti)

Suġġett

Talba intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea naqsu milli jieħdu azzjoni, sa fejn dawn l-istituzzjonijiet astjenew ruħhom illegalment milli jirrispondu għall-ittra tar-rikorrenti tas-6 ta' Ottubru 2009, talba għall-ħruġ ta' ordni u talba għal miżuri ta' protezzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Fernando M. Victoria Sánchez huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba ta' intervent ta' I. Ruipérez Aguirre u tal-Assoċjazzjoni ATC Petition.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.2010.