Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social nº 26 de Barcelona (Spanja) fid-19 ta’ Novembru 2020 – KM vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

(Kawża C-625/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social nº 26 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KM

Konvenut: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

Domandi preliminari

Hija kuntrarja għal-leġiżlazzjoni Ewropea li tinsab fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali 1 u fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol 2 (tfassil mill-ġdid), inkwantu tista’ twassal għal diskriminazzjoni indiretta minħabba s-sess jew il-ġeneru, id-dispożizzjoni Spanjola dwar il-kompatibbiltà tal-benefiċċji, li tinsab fl-Artikolu 163.1 tal-Ley General de Seguridad Social (il-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali), interpretata mill-ġurisprudenza, li tipprekludi l-kompatibbiltà ta’ żewġ benefiċċji tal-invalidità permanenti totali rrikonoxxuti fl-istess skema, filwaqt li tirrikonoxxi l-kompatibbiltà tagħhom fil-każ li jkunu rrikonoxxuti fi skemi differenti, minkejja li fi kwalunkwe każ huma dovuti abbażi ta’ kontribuzzjonijiet separati, b’teħid inkunsiderazzjoni tar-rappreżentazzjoni tas-sessi tal-iskemi distinti tas-Sigurtà Soċjali Spanjola?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, id-dispożizzjoni Spanjola tista’ tkun kuntrarja għal dik Ewropea msemmija iktar ’il fuq fil-każ li ż-żewġ benefiċċji kienu jirriżultaw minn ferimenti differenti?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215.

2 ĠU 2006, L 204, p. 23.