Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – One of Us et vs Il-Parlament et

(Kawża T-561/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Citizens’ Initiative One of Us et (rappreżentant: C. de La Hougue, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2014) 355 finali;

alternattivament, tannulla l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011;

tordna lill-konvenuti jbatu l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

L-ewwel motiv, li jallega li r-risposta tal-Kummissjoni għall-proposta leġiżlattiva tar-rikorrenti u għall-argumenti mqajma mir-rikorrenti fl-inizjattiva taċ-ċittadini “One of us” ma hijiex sodisfaċenti peress li l-Kummissjoni i) ma tirrispondix għall-fatt li embrijun uman huwa esseri uman u ii) ma tindirizzax kontradizzjonijiet ovvji.

It-tieni motiv, li jallega ksur tal-proċess demokratikau peress li l-Kummissjoni:

ma tagħtix raġunijiet legali għalfejn irrifjutat li tittrażmetti l-proposta tar-rikorrenti lill-Parlament;

ma tifhimx ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 211/2011 1 u żżomm monopolju fuq il-proċess leġiżlattiv bi ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati dwar id-djalogu istituzzjonali;ma tadottax il-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha b’mod separat kif meħtieġ mir-Regolament Nru 211/2011.It-tielet motiv, li jallega nuqqas ta’ konformità tar-Regolament Nru 211/2011 mat-Trattati. Ir-rikorrenti jallegaw li:l-għanijiet tat-Trattat ta’ Lisbona li tittejjeb il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet u li tiġi inkoraġġuta l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini Ewropej fil-proċess demokratiku jiġu megħluba jekk inizjattiva taċ-ċittadini tista’ tiġi injorata mill-Kummissjoni għal raġunijiet suġġettivi jew arbitrarji mingħajr ma tiġi eżaminata mill-Parlament;l-istat tad-dritt jinkiser jekk id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tkunx suġġetta għal stħarriġ legali.