Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2014 – BP Products North America vs Il-Kunsill

(Kawża T-385/11) 1

(“Dumping — Sussidji — Importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti – Evażjoni — Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 23 tar-Regolament Nru 597/2009 — Prodotti simili ftit modifikati — Ċertezza legali — Użu ħażin ta’ poter — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BP Products North America, Inc. (Naperville, Illinois, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment C. Farrar, solicitor, H. J. Prieß, B. Sachs u M. Schütte, avukati, sussegwentement C. Farrar, H. J.  rieß, M. Schütte u K. Arend, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avokat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti : M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti); u European Biodiesel Board (EBB) (rappreżentanti: O. Prost u M. S. Dibling, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, minn naħa, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 443/2011, tal-5 ta’ Mejju 2011, li jestendi d-dazju kompensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 598/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, u li jestendi d-dazju kompensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 598/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil f’taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika, u li jwaqqaf l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkunsinnati minn Singapor (ĠU L 122, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 444/2011, tal-5 ta’ Mejju 2011, li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 599/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, u li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 599/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil f’taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta’ bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkunsinnati minn Singapor (ĠU L 122, p. 12), sa fejn dawn ir-regolamenti jaffettwaw lir-rikorrenti

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

BP Products North America Inc. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropeau mill-European Biodiesel Board (EBB).

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 282, 24.09.2011.