Language of document : ECLI:EU:T:2012:350





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Lulju 2012 — Pigui vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-382/11)

“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni — Talba għal ordni — Inammissibbiltà manifestaˮ

1.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Nuqqas li tittieħed azzjoni rrimedjat qabel il-preżentata tar-rikors — Inammissibbiltà — Teħid ta’ pożizzjoni li ma tagħtix sodisfazzjon lir-rikorrent — Assenza ta’ rilevanza (Artikolu 265 TFUE) (ara l-punt 17)

2.                     Edukazzjoni, taħriġ professjonali, żgħażagħ u sport — Programm ta’ azzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ tul il-ħajja — Subprogramm Jean Monnet — Għoti ta’ sussidji operattivi lill-istituzzjonijiet innominati — Obbligu tal-Kummissjoni li tiżgura l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Portata — Limiti (Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1720/2006, Artikoli 4, 6(1) u (3), u 15(1), u s-sitt u s-seba’ subparagrafi tal-paragrafu 14 tal-parti B tal-Anness) (ara l-punti 21-24)

3.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Ordni indirizzata lil istituzzjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 265 TFUE) (ara l-punt 29)

Suġġett

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni Ewropea naqset illegalment milli tieħu pożizzjoni dwar it-talba tar-rikorrenti intiża, l-ewwel nett, minn naħa, sabiex titwettaq, skont l-Artikoli 4 u 15 tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Novembru 2006, li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 327, p. 45), investigazzjoni dwar programm ta’ studju tal-Masters fuq l-internet organizzat mill-Akkademja Ewropea Online (EOA), imwaqqfa miċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew (CIFE), f’kooperazzjoni mal-katedra Jean Monnet fl-Università ta’ Köln (il-Ġermanja), u, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħdu l-miżuri kollha previsti mill-Artikolu 6 tad-deċiżjoni hawn fuq imsemmija sabiex jipprevjenu li l-atti illegali mwettqa jirrepetu ruħhom, sussegwentement, sabiex terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li fiha kienu jinsabu inizjalment il-persuni milquta minn dawn l-atti illegali, jew għall-inqas, ir-rikorrenti, u, finalment, sabiex jintemm il-finanzjament tal-imsemmi master f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ prinċipji ewlenin fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(3)(i) ta’ din id-deċiżjoni, kif ukoll prinċipji rilevanti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Cristina Pigui hija kkundannata għall-ispejjeż.