Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Novembru 2012 - NCL vs UASI (NORWEGIAN BREAKAWAY)

(Kawża T-514/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NCL Corporation Ltd (Miami, l-Istati Uniti) (rappreżentant: N. Grüger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 1017/2012-4 tat-12 ta' Settembru 2012 u tibgħat il-każ lura quddiem il-Bord tal-Appell;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni fir-rigward tas-servizzi fil-klassi 39: "Arranging of cruises, Cruise ship services, Cruise arrangement" (servizzi ta' organizzazzjoni ta' kruċieri, servizzi ta' vapuri ta' kruċieri, organizzazzjoni ta' kruċieri) u tibgħat il-każ lura quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "NORWEGIAN BREAKAWAY" għal servizi fil-klassi 39 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 10 281 905

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009

____________