Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Otturbu 2016 – El Corte Inglés vs EUIPO – English Cut (The English Cut)

(Kawża T-515/12 RENV) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea The English Cut Brands – Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi u nazzjonali verbali preċedenti El Corte Inglés – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Reputazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: The English Cut, SL (Malaga, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’Settembru 2012 (Każ R 1673/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés u The English Cut.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

El Corte Inglés għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

____________

1 ĠU C 26, 26.1.2013.