Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ April 2024 – AI, ZY, BG vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-290/24, Abkez 1 )

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AI, ZY, BG

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domandi preliminari

L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jkun għamel użu mill-possibbiltà offruta mill-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva li l-protezzjoni temporanja prevista minn din id-direttiva tingħata wkoll lil kategoriji oħra ta’ persuni spostati (iktar ’il quddiem il-“grupp fakultattiv”), il-protezzjoni temporanja tal-imsemmi grupp fakultattiv titkompla mhux biss fil-każ ta’ estensjoni awtomatika kif previst fl-Artikolu 4(1) għall-perijodu indikat f’din id-dispożizzjoni, iżda wkoll f’każ ta’ deċiżjoni ta’ estensjoni tat-terminu msemmija fl-Artikolu 4(2) għall-perijodu speċifikat f’din id-dispożizzjoni?

Ir-risposta għad-domanda dwar iż-żamma tal-protezzjoni temporanja tal-grupp fakultattiv f’każ ta’ deċiżjoni ta’ estensjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) tkun differenti jekk Stat Membru jkun iddeċieda li jtemm il-protezzjoni temporanja ta’ dan il-grupp fakultattiv qabel ma l-Kunsill ikun iddeċieda li jestendi l-protezzjoni temporanja b’sena kif previst fl-Artikolu 4(2)?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 162.